Futbol Sport

Gowl ta’ Bonazzoli fl-aħħar minuti jsalva draw għal Salernitana

(Ritratt: EPA)

Fi Stadio Unipol Domus Cagliari u Salernitana temmew fi draw ta’ 1-1. Cagliari kellhom jistennew sat- 73 minuta biex imorru fil-vantaġġ meta minn pass ta’ Joao Pedro, kien Leaonardo Pavoletti li mill-viċin tefa’ fix-xibka għal 1-0. Madanakollu, fid-90 minuta minn cross ta’ Nadir Zortea kien Federico Bonazzoli li b’xutt tajjeb tefa’ fix-xibka għal 1-1.

SERIE A

Illum Cagliari v Salernitana 1-1 Għada Sampdoria v Verona 3.00pm, Empoli v Fiorentina 3.00pm, Juventus v Atalanta 6.00pm, Venezia v Inter 8.45pm Il-Ħadd Udinese v Genoa 12.30pm, Milan v Sassuolo 3.00pm, Spezia v Bologna 3.00pm, Roma v Torino 6.00pm, Napoli v Lazio 8.45pm