Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech illum laqa’ fl-Uffiċju tiegħu fid-Dar Centrali lil Yassine El Oued, Ambaxxatur ta’ Tunez f’pajjizna.
F’laqgħa kordjali bejn Bernard Grech u El Oued, il-Kap tal-Partit Nazzjonalisa tkellem dwar aktar tisħiħ fir-relazzjonijiet diġa’ b’saħħithom bejn iż-żewġ pajjiżi. Relazzjonijiet li jmorru lura 54 sena.
Mal-Ambaxxatur Tuneżin, Bernard Grech iddiskuta l-possibiltà ta’ investimenti ġodda u ta’ aktar attività kummerċjali bejn iż-żewġ pajjizi.
L-Ambaxxatur El Oued tenna l-impenn li jkunu kkonsolidati r-relazzjonijiet bejn Malta u Tunez, u semma fost l-oħrajn il-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ.
Prezenti għal din il-laqgħa kien ukoll il-Kelliem tal-Partit Nazzjonalista għall affarijiet barranin Carm Mifsud Bonnici u s-Segretarju Internazzjonali Roslyn Borg Knight.
//= $special ?>