Coronavirus Internazzjonali

Il-varjant il-ġdid – x’nafu s’issa?

Fl-aħħar jiem, xjentisti minn seba’ universitajiet iffukaw l-attenzjoni tagħhom fuq varjant ġdid tal-Covid-19 li tfaċċa riċentement.

Imma x’nafu s’issa fuq dan il-varjant?

  • Sa issa qed nirreferu għalih bħala B.1.1.529 imma hu mistenni li jingħata ittra Griega bħal ma sar b’varjanti oħra bħall-Alpha u d-Delta
  • L-ewwel każijiet tfaċċaw fl-Afrika t’Isfel
  • Il-varjant il-ġdid huwa riżultat ta’ ħafna tibdiliet (mutations) tal-Coronavirus – madwar 50 mutation
  • Il-mod kif inbidel il-virus biex żviluppa dan il-varjant huwa meqjus bħala ‘stramb’ u ‘mhux kif mistenni’
  • Dawn il-mutations ġew minn pazjent wieħed li ma rnexxielux jgħele il-virus
  • Dan l-aħħar varjant hu radikalment differenti minn dak li żviluppa f’Wuhan, iċ-Ċina
  • Il-vaċċini li hemm fis-suq bħalissa mhux effettivi fuqu daqs fuq varjanti oħra
  • Huwa varjant li jitrażmetti ruħu aktar malajr
  • Jirnexxielu jiskapola partijiet mis-sistema immunitarja
  • Sa issa kienu rreġistrati 77 kaz fil-provinċja ta’ Gauteng fl-Afrika t’Isfel, 4 fil-Botswana u wieħed f’Hong Kong marbut ma’ vjaġġar fl-Afrika t’Isfel
  • Hu maħsub li l-varjant infirex aktar
  • Dan hu t-tieni varjant ta’ tħassib mill-Afrika t’Isfel
  • Sa issa kien hemm 4 varjanti importanti tal-Coronavirus – Alpha jew il-varjant tar-Renju Unit, Beta, li wkoll żviluppa fl-Afrika t’Isfel, Gamma jew il-varjant tal-Brażil, u Delta, li huwa l-varjant Indjan
Tags