Lokali

Jaqbel mal-liġi tal-Kannabis ‘għax hekk qal il-Prim Ministru’

Il-Ministru Anton Refalo jaqbel mal-liġi li se tillegalizza d-droga kannabis, għaliex hekk qallu l-Prim Ministru.

Mistoqsi jekk jaqbilx mal-liġi li se jagħmel legali d-droga kannabis, il-Ministru Refalo qal li “jien naqbel ma’ li qal il-Prim Ministru fid-diskors tiegħu”

Minn naħa tiegħu is-Segretarju Parlamentari Stefen Zrinzo Azzopardi qalilna li din hija liġi li se tipproteġi lin-nies u se tara li jkun hemm użu responsabbli. tal-ħaxixa.

Imma mistoqsi jgħid abbażi ta’ xiex qed jgħid hekk, Zrinzo Azzopardi dar dawra durella ma’ kliemu stess u ma tax tweġiba ċara dwar fuq xiex qed jibbaża l-argument tiegħu.

Anke Zrinzo Azzopardi, bħal Refalo,jidher li m’għandux imqar l-iċken idea abbażi ta’ xiex tfasslet din il-liġi li hekk kif tgħaddi mill-Parlament se tkun qed tagħmel legali l-użu ta’ din id-droga f’pajjiżna.

Kull Ministru, Segretarju Parlamentari jew Deputat tal-Gvern li qed ikun mistoqsi għall-pożizzjoni tiegħu jew tagħha dwar din il-liġi kontroversjali qed juri biċ-ċar ħaġa waħda, li din il-liġi, hi kif inhi, trid tgħaddi, akkost ta’ kollox, u kemm jista jkun malajr.