Dik li hija prattikament l-unika skola li fetaħ il-Gvern Laburista f’disa’ snin spiċċat tqattar ix-xita.
Jidher li lbieraħ din l-iskola li l-istudenti ta’ San Pawl il-Baħar u l-Qawra kienu ilhom is-snin jistennew spiċċat tqattar l-ilma, bil-ħaddiema tal-iskola kellhom ipoġġu ċraret, xugamani u biċċiet li ddubbaw biex jippruvaw jixxuttaw l-ilmijiet li kienu deħlin.
Din l-iskola swiet aktar minn 13-il miljun ewro u damet ħafna biex titlesta. Filfatt spiċċat tlestiet tliet snin tard.
//= $special ?>