Lokali

Jintlemaħ katavru ‘l barra minn Wied iż-Żurrieq

Il-Pulizija kkonfermat li kmieni dalgħodu ntlemaħ katavru qrib Filfla, ‘il barra minn Wied iż-Żurrieq.

Jidher li l-allert daħal għand il-Pulizija wara l-10:30am.

Aktar tard, l-AFM ikkonfermaw li ttella katavru mill-baħar u ttieħed fil-Bażi Marittima f’Xatt ta t-Tiben.

Bil-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Yana Micallef Stafrace li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.

Il-Pulizija tad-Distrett għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha biex ikun identifikat
il-katavru li nstab fi stat qawwu ħafna ta’ dekompożizzjoni u mhux teskludi anke testijiet tad-DNA. Jirriżulta li l-katavru ma kien jintgħaraf xejn u lanqas l-ilbies tiegħu ma kien biżżejjed biex jindika fiċ-ċert min jista’ jkun.