Lokali Qorti

Konfermata sentenza ta’ tliet snin ħabs ta’ minuri li kkorrompa minorenni

Il-Qorti tal-Appell Krimiali ikkonfermat sentenza ta’ tliet snin ħabs fil-konfront ta’ minorenni li tliet snin ilu meta kellu 17-il sena kellu x’jaqsam sesswalment ma’ tifel ta’ 10 snin. Il-Qorti qalet li peress li anke l-awtur tar-reat kien ukoll taħt l-età, l-piena tinżel bi grad.

Carlos Montesin, iż-żagħżugħ li llum għandu 20 sena kien qed jiġi mixli li f’Ġunju ta’ sentejn ilu, f’Raħal Ġdid, ħa sehem f’attivitajiet sesswali u kkorrompa tifel taħt l-età.

Il-Qorti tal-Maġistrati kienet diġa sabitu ħati wara li ammetta l-akkużi miġjuba kontrih. Il-Qorti ordnat li ismu jitniżżel fir-reġistru ta’ dawk li jkunu wettqu reati sesswali fuq minorenni.

L-Avukat Ġenerali appella mis-sentenza għax argumenta li l-piena ta’ ħabs ma kinitx biżżejjed għar-reat imwettaq.  L-Imħallef Edwina Grima li quddiemha nstema’ l-każ qalet  li għalkemm f’dan il-każ il-vittma kellu 10 snin, l-akkużat ukoll lanqas kien għadu għalaq it-18-il sena.

Waqt li fis-sentenza tagħha spjegat kif persuna li jkollha x’taqsam ma’ tfal taħt l-età tista’ teħel bejn ħamsa  u 10 snin ħabs, il-piena tinżel għal bejn tlieta u sitt snin f’każ li l-akkużat ikun ukoll taħt l-età.