Futbol Sport

L-Italja jew il-Portugall barra mit-Tazza tad-Dinja tal-Qatar

(Ritratt: EPA)

Aktar tard il-Ġimgħa filgħaxija ġew magħrufa il-partiti tal-playoffs tat-Tazza tad-Dinja tal-Qatar 2022, b’diversi partiti interessanti. Fi Grupp A, l-Iskozja jilagħbu kontra l-Ukrajna bir-rebbieħ jilgħab kontra Wales jew l-Awstrija għall-post fil-Qatar. Fi Grupp B, min-naħa l-oħra, ir-Russja jiltaqgħu kontra l-Polonja bir-rebbieħ jilgħab kontra r-rebbieħ bejn l-Iżvezja u r-Repubblika Ċeka. Intant Grupp Ċ huwa l-aktar wieħed kompetittiv hekk kif l-Italja jilagħbu kontra l-Maċedonja filwaqt li l-Portugall jilagħbu kontra t-Turkija, bir-rebbieħa jiltaqgħu kontra xulxin għall-post fil-Qatar. Dan ifisser, li wieħed miż-żewġ qawwiet internazzjonali tal-Italja u l-Portugall se jibqgħu barra mit-Tazza tad-Dinja fil-Qatar, f’dik li possibiliment tista’ tkun l-aħħar turnament internazzjonali għal Cristiano Ronaldo.