Coronavirus Lokali

Malta twaqqaf l-ivvjaġġar minn u lejn xi pajjiżi Afrikani

Malta waqqfet kull vjaġġar lejn numru ta’ pajjiżi Afrikani fosthom l-Afrika t’Isfel, in-Namibja, l-Lesotho, il-Botswana, l-Eswatini u ż-Żimbabwe.

Dan hekk kif f’dawn il-pajjiżi instabu każi tal-varjant ġdid tal-Covid-19 magħruf s’issas bħala B.1.1.529.

L-ivvjaġġar minn u lejn dawn il-pajjiżi se jitwaqqaf minn nofsillejl tas-Sibt.