Lokali

Nar jaħkem mutur f’Ta’ Xbiex

Mutur inħakem minn nar Ta’ Xbiex. Dan il-każ seħħ il-Ġimgħa wara nofsinhar għal ħabta tas-1.00pm.

Il-mutur kien jinsab ipparkjat fi Triq il-prinċipessa Margaret Ta’ Xbiex. Fuq il-post marru immedjatament membri tal-Protezzjoni Ċivili li ġabu taħt kontroll is-sitwazzjoni, flimkien ma’ membri tal-RIU u pulizija tad-distrett.

Skont sorsi ta’ Net News jidher li fil-qrib ta’ dan il-mutur, kien hemm karozza oħra pparkjata, li ġarbet xi ħsarat. Iżda, jidher li ħadd ma’ weġġa’ f’dan il-każ.

Il-Pulizija għadha qed tinvestiga l-każ.