Magħruf sa issa sempliċiment bħala B.1.1.529, il-varjant il-ġdid tal-Covid diġà qed iħasseb lil ħafna.
Skont xjentisti esperti fil-qasam, in-numru ta’ bidliet li kien hemm fil-virus biex żviluppa dan l-aħħar varjant huma tal-biża, b’uħud qed jgħidu li dan huwa l-agħar varjant li raw s’issa.
Sa minn meta faqqgħu l-ewwel każi tal-Coronavirus sentejn ilu, il-virus kellu diversi tibdiliet jew mutations li żviluppaw f’varjanti differenti. Fost l-aktar li kienu perikolużi kien hemm dak Ingliż, dak Brażiljanu dak Indjan.
Dan l-aktar varjant riċenti jidher li żviluppa fl-Afrika t’Isfel. Sa ftit tal-ġranet ilu, il-pajjiż ta’ kważi 60 miljun ruħ kien qed jirreġistra medja ta’ 200 każ ġdid kuljum tal-virus. Izda l-Ħamis dawn telgħu għal 2,465 – żieda ta’ għaxar darbiet fuq dik ta’ ftit jiem ilu. Il-biża hi li ħafna minn dawn l-infezzjonijiet – possibilment 90% minnhom – huma tal-varjant il-ġdid.
Dan il-varjant huwa trażmess ferm aktar malajr u huwa aktar reżistenti għall-vaċċini, u t-tħassib huwa li allura dan jista’ jinfirex ħafna u f’perjodu qasir.
Tim ta’ xjentisti minn seba’ universitajiet differenti qed jistudjaw il-varjant Afrikan biex jippruvaw isibu mod kif jikkontollawh kemm jista’ jkun malajr.
//= $special ?>