Futbol Sport

Wirja qalbiena mill-Maltin f’telfa kontra l-Montenegro

(Ritratt: MFA)

MALTA ……………………… 0

MONTENEGRO ………. 2

Malta: J.Xuereb, E.Lipman, S.Farrugia(J.Dimech 87′), D.Theuma, R.Cuschieri, A.Cuschieri, A.Sultana, M.Farrugia, S.Zammit (A.Said 46′), C.Zammit, B.Borg (E.Xuereb 84′), N.Sciberras (H.Bugeja 46′)

Montenegro: A.Krstovic, A.Popovic, M.Saranovic, S.Bulatovic (D.Nada 76′), A.Toskovic, N.Stanovic, J.Karlicic, A.Kuc, H.Bozic, M.Desic, (M.Radunovic 72′), D.Djukic

Referee: K.Usova

Fis-Centenary Stadium it-tim nazzjonali Malti tan-nisa sofra telfa ta’ 2-0 kontra l-Montenegro, fil-ħames partita mill-fażi ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-DInja tal-2023.

L-ewwel azzjoni perikoluża għal Malta waslet fit-12-il minuta meta minn pass ta’ Rachel Cuschieri, kienet Brenda Borg li rat ix-xutt tagħha jgħaddi barra. Il-Montengro irreaġixxew fil-25 minuta meta minn freekick, kienet Stefania Farrugia, li kienet fil-post it-tajjeb biex tgħajjret it-tentattiv minn fuq il-linja,

Madanakollu erba’ minuti wara l-Montenegro marru fil-vantaġġ meta kienet Sladjana Bulatovic li wara azzjoni personali daħlet fil-kaxxa u b’konklużjoni fil-baxx għelbet lil Janice Xuereb għal 1-0.

Il-Maltin kienu viċin il-gowl tad-draw fit-62 minuta meta minn pass ta’ Dorianne Theuma, kienet Brenda Borg li daħlet tajjeb fil-kaxxa u qabżet lill-goalkeeper Montenegrina, iżda d-difensuri tal-Montenegro daħlu tajjeb u neħħew il-periklu.

Biex fit-82 minuta kienu l-Montenegro li għalqu l-partita bit-tieni gowl meta minn freekick minn fuq il-lemin ta’ Jelena Karlicic, kienet Helena Bozic li daħlet tajjeb bir-ras u tefgħet fix-xibka għal skor finali ta’ 2-0.

Malta issa tilgħab barra minn darha kontra l-Bosnia, nhar it-Tlieta 30 ta’ Novembru.