Lokali

Eks Sindku Laburista jgħid li ‘Matthew Caruana Galizia għandu parti mit-tort għall-qtil ta’ ommu”

Skont l-eks Sindku Laburista Anthony DeGiovanni, Matthew Caruana Galizia, iben Daphne Caruana Galizia, għandu parti mit-tort fl-assassinju ta’ ommu għax ħalla l-karozza barra.

Huwa qal dan il-kliem waqt li kien qed jieħu sehem fid-diskussjoni waqt il-programm ‘Għandi Xi Ngħid’ immexxi minn Andrew Azzopardi. Skont DeGiovanni, Matthew Carauana Galizia għamel żball merta ħalla l-karozza ta’ ommu pprakjata barra inflok daħħalha fil-garaxx.

DeGiovanni huwa magħruf sew fil-kamp Laburista hekk kif fil-passat serva għal diversi snin bħala Sindku tal-Fgura.