Fil-partita ewlenija mill-Premier League fl-Ingilterra Chelsea jilqgħu f’darhom lil Man Utd fl-ewwel partita fil-kampjonat, minn meta neħħew lil Ole Gunnar Solskjaer. Michael Carrick se jkun fit-tmexxija tim, hekk il-coach interim, Ralf Ragnick, mhux se jilħaq jikseb id-dokumenti neċċessarji biex immexxi lit-tim fl-ewwel partita tiegħu. Min-naħa tagħhom, Chelsea jinsabu fl-ewwel post tal-klassifika b’29 punt, tliet punti vantaġġ fuq Liverpool. It-tim immexxi minn Thomas Tuchel se jkun qed iħares li jkompli jibni fuq il-pożittiv li għamlu dan l-istaġun. Madanakollu, huma mistennija jkunu mingħajr Ben Chilwell u N’Golo Kante li sofrew injuries separati fil-partita tal-UEFA Champions League kontra Juventus. Wara r-rebħa fiċ-Champions League f’nofs il-ġimgħa, Man Utd se jkunu qed iħarsu li jibdew kapitlu ġdid, bil-plejers mistennija jkunu ħerqana biex jimpressjonaw lill-coach il-ġdid, bi plejers bħal Donny van de Beek u Jadon Sancho, se jkunu qed iħarsu li jiksbu post fost l-ewwel ħdax.
F’Anfield Liverpool se jkunu qed jsopitaw lil Southampton f’dik li għandha tkun rebħa oħra għat-tim immexxi minn Jurgen Klopp. Liverpool se jkunu qed jittamaw f’żelqa mil-leaders Chelsea u Man City sabiex jitilgħu fit-tieni post tal-klassifika. Liverpool huma l-unika tim li skorja fit-12-il partita li lagħbu dan l-istaġun fejn skorjaw xejn inqas minn 35 gowl dan l-istaġun, l-aktar tim li skorja sa issa fil-Premier League. Min-naħa l-oħra Southampton jinsabu fit-13-il post tal-klassifika fejn se jkunu qed ifitxxu li jiksbu xi punti minn din il-partita biex jitbgħiedu kemm jista’ jkun miż-żona tar-relegazzjoni.
F’partita oħra nteressanti fl-Etihad Stadium Man City se jaffrontaw lil West Ham, f’partita bejn żewġ timijiet fin-naħa ta’ fuq tal-klassifika. Man City għadhom ġejjin minn rebħa tajba kontra PSG fost il-ġimgħa, b’West Ham jikkwalfikaw ukoll mill-grupp tagħhom fil-UEFA Europa League. Għalkemm dan l-istaġun West Ham impressjonaw mhux ftit, l-istatistika f’din il-partita ma tant hi favur tagħhom, hekk kif it-tim immexxi minn Pep Guardiola rebaħ disa’ mill-aħħar għaxar konfronti kontra West Ham. Minkejja dan, West Ham diġa għelbu lil Man City dan l-istaġun, fil-Carabao Cup, meta eliminawhom wara l-għoti tal-penalties. Intant, f’partita oħra Arsenal se jaffrontaw lil Newcastle f’darhom fejn se jkunu qed iħarsu li jirritornaw għar-rebħ wara d-disfatta li kellhom fl-aħħar ħarġa tagħhom kontra Liverpool.
PREMIER LEAGUE
Illum: Arsenal v Newcastle 1.30pm, Liverpool v Southampton 4.00pm, Norwich v Wolves 4.00pm, C’Palace v Aston Villa 4.00pm, Brighton v Leeds 6.30pm Għada Brentford v Everton 3.00pm Man City v West Ham 3.00pm, Leicester v Watford 3.00pm, Burnley v Tottenham 3.00pm Chelsea v Man Utd 5.30pm
//= $special ?>