95 persuna instabu pożittiv għall-virus tal-Covid-19 fl-aħħar 24 siegħa, l-ogħla numru ta’ każi ġodda f’24 siegħa għal din il-ġimgħa. Fl-istess żmien, 47 persuna huma meqjusa li fiequ mill-virus u għaldaqstant il-każi attivi tela’ għal 1,051.
Stabbli in-numru ta’ persuni li jinsabu rikoverati fl-Isptar li baqgħu 12 b’persuna waħda tinsab fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
Fortunatament, ma kienux reġistrati vittmi fl-aħħar 24 siegħa biex in-numru ta’ persuni li tilfu ħajjithom f’din il-pandemija baqa’ 468.
Għal dak li għandu x’jaqsam ma’ tilqim, ilbieraħ ingħataw 2,900 doża booster tal-vaċċin.
//= $special ?>