Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson ħabbar li fir-Renju Unit se jiżdiedu r-restrizzjonijiet marbuta mal-COVID-19 wara li nstabu żewġ każi tal-varjant Omicron.
Fost ir-restrizzjonijiet hemm li trid tintlibes il-maskra fil-ħwienet u l-istabbilimenti kif ukoll fuq it-trasport pubbliku.
Apparti dan, dawk il-persuni kollha li jaslu r-Renju Unit iridu jagħmlu PCR test fit-tieni ġurnata tal-wasla tagħhom. Sakemm joħroġ ir-riżultat iridu jibqgħu f’iżolament.
F’konferenza tal-aħbarijiet Boris Johnson qal li qegħdin jittieħdu dawn il-miżuri minħabba li ma jafux jekk il-vaċċin li qed jingħataw bħalissa humiex effettivi kontra dan il-varjant.
Iż-żewġ każi pożittivi nstabu f’Nottingham u Chelmsford u jidher li l-persuni rritornaw mill-Afrika t’Isfel.
Dawn il-miżuri l-ġodda se jiġu riveduti ġimgħa qabel il-Milied.
//= $special ?>