Rowen Camilleri
BIRKIRKARA……….2
SLIEMA W………………0
Birkirkara: D. Fernandes, E. Ruiz, L. Aguirre, C. Bonnani, P. Mbong (Y. Yankam 56’), F. Falcone (K. Bevis 84’), R. Scicluna, C. Attard, L. Montebello, J. Macedo, D. Venancio
Sliema W: D. Cassar, J. Morales, G. Aquilina, I. Gui (O. Elouni 78’), E. Agius (D. Holla 65’), J. Engerer (M. Fernandes 65’), Y. Uchida (C. Flores 78’), M. Beerman, J. Bliek, D. Vukovic, V. Berisha (J. P. Farrugia 36’)
Imwissija: J. Engerer 14’, E. Agius 42’, G. Aquilina 45’, J. Morales 49’ D. Cassar 91’, D. Holla 92’ (S), L. Aguirre 23’, R. Scicluna 35’ (B)
Skorjaw: L. Montebello 51’ pen., 68’ (B)
Referee: Andrea Schriha
Assistenti Referees: Jurgen Spiteri u Mitchell Scerri
Il-Mument Plejer tal-logħba: Luke Montebello (Birkirkara)
BOV Plejer tal-logħba: Luke Montebello (Birkirkara)
F’partita li sa tmiem l-ewwel taqsima dehret se tkun waħda bbillanċjata, Sliema Wanderers tilfu l-konċentrazzjoni wara li sofrew minn penalty fil-bidu tat-tieni taqsima biex imbgħad qalgħu gowl ieħor mill-istess plejer Luke Montebello biex b’hekk reġgħu ħarġu minn din il-partita bla punti u ankrati fl-aħħar post tal-klassifika.
L-ewwel azzjoni denja ta’ nota waslet minn Sliema Wanderers meta kien Berisha li niżżel tajjeb bir-ras lill-captain Gabriel Aquilina li iżda x-xutt fjakk tiegħu għadda barra. Wara nuqqas ta’ azzjonijiet man-nofs siegħa logħob kienu Birkirkara li resqu viċin meta kien pass ħażin lura ta’ Edmond Agius li spiċċa għand Luke Montebello mal-linja li bla dewmien tefa’ pass fin-nofs lejn Ryan Scicluna b’dan tal-laħħar jipprova xutt b’saħħtu iżda sab lil David Cassar attent u wettaq save tajjeb biex biegħed kull periklu. Fis-36 minuta Sliema kellhom l-aktar azzjoni perikoluża sa dak il-ħin meta kien free-kick minn barra ta’ Edmond Agius li qabeż lid-difiża u mingħajr mal-ballun miss ma’ ħadd wara li ħabat mal-art għeleb lil Fernandes u stampa mal-mimduda qabel ma’ kien maqlugħ mid-difiża. Fit-43 minuta Venancio għall-Istripes minn azzjoni personali jipprova xutt minn barra l-kaxxa iżda jkun ċentrali wisq u Cassar laqgħa bla ebda diffikultà. Fil-45minuta Fernandes ta’ Birkirkara kellu jdawwar f’korner id-daqqa ta’ ras ta’ Jean Paul Farrugia wara kross preċiż ta’ Edmond Agius. Fl-aħħar azzjoni tal-partita Sliema Wanderers reġgħu kienu perikolużi meta mix-xellug Bliek tefa’ kross insidjuż lejn Uchida li iżda ma’ rnexxielux għal ftit jilħaq il-ballun bil-gowlkiper kien deher diġa megħlub għal kollox.
It-tieni taqsima ma’ bdiet tajjeb xejn għas-Slimiżi meta wara biss erba’ minuta Birkirkara ngħataw penalty wara li Morales deher jiġbed lil Falcone fil-kaxxa bl-attakkant Arġentin jaqa’ mal-art u Andrea Schriha saffar mill-eewel il-penalty. Mill-11-il metru kien LUKE MONTEBELLO li għażel is-saħħa u b’xutt ċentrali għeleb lil Cassar għal 1-0. Birkirkara komplew jattakkaw u fit-62 minuta minn azzjoni personali is-sostitut Yannik Yankam li avvanza lejn in-nofs u prova xutt fil-baxx li Cassar kellu jilqa parzjalment sakemm id-difiża rnexxielha ttajjar il-ballun. Sitt minuti wara Birkirkara rduppjaw. Kien għal darb’ oħra Yankam li ħarab mal-linja, u mil-lemin tefa kross fil-baxx lejn LUKE MONTEBELLO li minn quddiem Cassar ma’ żbaljax biex għaqqad doppjetta personali. Fis-77 minuta Sliema resqu viċin ferm meta d-difensur Karkariż Enzo Ruiz għamel żball ikraħ u bir-ras niżżel il-ballun f’saqajn Miguel Fernandes iżda l-gowlkiper ta’ Birkirkara Daniel Fernandes wettaq save stupend mill-viċin biex żamm l-iskor 2-0. Biex b’hekk l-iskor baqa’ ma’ nbidielx u Birkirkara ħadu t-tliet punti li jżommuhom man-naħa ta’ fuq tal-klassifika.
//= $special ?>