Internazzjonali

Imut wara li taqa’ siġra fuq il-karozza kawża ta’ riħ qawwi

Raġel tilef ħajtu wara li siġra waqgħet fuq il-karozza li kien fiha kawża ta’ buffuri tar-riħ fin-naħa ta’ fuq tal-Irlanda li laħqu veloċità ta’ madwar 160km fis-siegħa.

Iż-żona ntlaqtet minn riħ qawwi, borra u silġ… liema maltemp wassal biex fl-Iskozja, madwar 80,000 persuna spiċċaw bla provista tal-eletriku filwaqt li f’Northumberland madwar 120 vettura tal-merkanzija spiċċaw imwaħħlin kawża tal-borra.

Il-Met Office ħarġu twissa ta’ riħ qawwi li rari rajna bħalha għal-Lvant tal-Iskozja u l-Grigal tal-Ingilterra… b’dan il-maltemp mistenni li jippersisti għas-sigħat li ġejjin.