Il-club ta’ Juventus qed ikun investigat dwar numru ta’ trasferimenti li seħħew fl-aħħar snin fejn qed ikun rappuratat li kien hemm misappropjazzjoni fl-awditjar kif ukoll hemm suspett dwar €50 miljun fi qliegħ finanzjaru.
Il-persuni li qed ikunu nvestigati dwar dan huma l-President Andrea Agnelli, il-Viċi-President Pavel Nedved u l-eks Direttur Sportiv Fabio Paratici li issa ssieħeb ma’ Tottenham.
Il-Guardia di Finanza ġabret numru ta’ informazzjoni u dokumenti minn Continassa fejn Juventus qed ikunu nvestigati dwar dak li seħħ bejn l-2018 u l-2021. L-investgazzjoni nfetħet mill-Uffiċċju tal-Prsosekutur Pubbliku ta’ Turin wara li l-CONSOB u l-COVISOC għamlu nvestigazzjonijiet dwar il-qliegħ li l-clubs tas-Serie A jagħmlu.
//= $special ?>