Lokali

L-għoli tal-ħajja tħalli impatt fuq in-negozji

“Żdied ħafna l-prezz, fejn qabel kontejner kien jiġik tali prezz, ftit xhur wara qed jiġik tmien darnbiet jew għaxar darbiet aktar, allura konna nħeġġu lin-nies biex jippjanaw minn qabel, speċjalment anki biex iġibu l-prodotti”

Dan hu dak li qalet il-Kap Eżekuttiv tal-Kamra tal-SMEs Abigail Mamo hekk kif tul il-programm NET AM tat ħarsa lejn kif l-għoli tal-ħajja qed taffetwa wkoll lil numru ta’ negozji f’Malta u f’Għawdex.

Hija qalet ukoll li minħabba li ċertu prezzijiet qed jogħlew fuq aspett internazzjoni, dan qed jaffetwa wkoll l-ispiża tan-negozji biex jimpurtaw il-prodotti.

Ċifri tal-NSO li ħarġu fl-aħħar jiem jikkonfermaw li għal xahar ieħor il-ħajja kompliet togħla. Dan hekk kif reġa’ kien hemm żieda fl-indiċi tal-prezzijiet.

L-istatistika maħruġa t-Tlieta turi li fix-xahar ta’ Ottubru kien hemm mill-ġdid żieda fil-prezzijiet ta’ prodotti bażiċi – żidiet li qed jaffetwaw direttament lill-familji Maltin u Għawdxin.

Din ix-xejra ta’ żidiet ilha għaddejja għal diversi xhur, kif jikkonfermaw l-istess ċifri tal-NSO. Fil-fatt, l-istatistika turi li ilna kawżi sena sħiħa – xahar wara l-ieħor – nesperjenzaw żidiet fil-prezzijiet. Fost l-aktar prodotti li raw zidiet fil-prezz kien hemm il-hwejjeg u z-zraben, appliances u spejjes marbuta mad-dar, prodotti ta’ sahha u kura persunali, kif ukoll l-ikel.