Lokali

“Nifraħ lin-nies t’Għajnsielem għar-rikonoxximent tal-isbaħ Siġra tal-Milied” – Bernard Grech

Hekk kif fl-aħħar jiem in-nies ta’ Għajnsielem ġew rikonoxxuti internazzjonali li għandhom l-isbaħ Siġra tal-Milied, il-Kap tal-PN, Bernard Grech wassal l-awguri tiegħu għax-xogħol tagħhom biex fl-aħħar mill-aħħar ittellgħet din is-siġra.

Fl-aħħar snin Għajnsielem sar sinonimu mal-Milied, u bis-siġra magħmula minn 4,500 flixkun riċiklat, qed jingħata ġieħ lil isem pajjiżna. Bernard Grech qal li wieħed ma jistax jammira d-dedikazzjoni u l-umiltà tat-tim ta’ voluntiera biex tittella’ din l-inizjattiva… inizjattiva li tiġi ddedikata għal dawk li jkunu għaddejjin minn żmien diffiċli, speċjalment waqt il-pandemija.

Bernard Grech irringrazzja lill dawn il-voluntiera, u dawk kollha involuti f’dan il-proġett biex jagħtu lill-familji Maltin u Għawdxin esperjenza isbaħ fi żmien il-Milied.