Coronavirus Internazzjonali Saħħa

‘Omicron’… jinstabu żewġ każijiet fir-Renju Unit

Jitfaċċaw l-ewwel żewġ każijiet fir-Renju Unit

Il-varjant il-ġdid tal-COVID-19, li qed joħloq tħassib kbir f’diversi partijiet tad-dinja, ingħata l-isem ta’ Omicron.

Dan hekk kif l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa qalet li dan huwa virus li qed jinbidel ħafna…u b’mod rapidu u huwa maħsub li huwa iktar infettiv.

Dan il-varjant tfaċċa l-ewwel darba fl-Afrika t’Isfel fl-24 ta’ Novembru, u wara kien hemm każi fil-Botswana, Hong Kong, Iżrael u l-Belġju. F’Amsterdan iktar minn 60 peruna li rritornaw pajjiżhom mill-Afrika ttestjaw pożittiv għall-COVID, bl-Awtortijiet qed jagħmlu t-testijiet neċessarju biex jistabbilixxu jekk humiex każi ta’ Omicron. Il-lockdown parzjali f’dan il-pajjiż mistenni jiġi estiż hekk kif ta’ kuljum l-Olanda qed tħabbat wiċċha ma’ numru kbir ta’ infezzjonijiet ġodda.

Rapporti qed jindikaw li issa dan il-varjant wasal ukoll fir-Renju Unit hekk kif l-Aġenzija għas-Sigurtà tas-Saħħa Ingliża sabet żewġ każijiet.

Numru ta’ pajjiżi madwar l-Ewropa ddeċidew li jwaqqfu jew jillimitaw l-ivvjaġġar minn u lejn l-Afrika. Malta minn naha taghha waqqfet kull vjaġġar lejn numru ta’ pajjiżi Afrikani fosthom l-Afrika t’Isfel, in-Namibja, l-Lesotho, il-Botswana, l-Eswatini u ż-Żimbabwe.

Intant, numru ta’ kumpaniji li jipproduċu t-tilqim kontra l-COVID-19 qed jisħqu li huma fiducjuzi li se jkunu f’pożizzjoni li jipproduċu tilqim għal dan il-varjant il-ġdid. Dan hekk kif hemm biża’ li l-Omicron huwa reżistenti għat-tilqim li s’sissa ngħata lil biljuni ta’ nies madwar id-dinja kollha.

Il-kumpanija Pfizer qalet li jekk jirriżulta li l-Omicron ikun reżisteni għat-tilqim li jeżisti bħalissa fis-suq, qed jippjanaw li l-ewwel vaccini jkunu lesti f’temp ta’ mitt ġurnata.