Futbol Sport

Sirens lura għar-rebħ, b’rebħa fuq Floriana

(Ritratt: Trevor Sollars)

Floriana………………………..1

Sirens……………………………2

Floriana: G. Kitanov, A. Magri Overend (D. Agius 46′), C. Rutjens (K. Keqi 46′), O. El Hasni, Z. Cassar, A. Caseres, J. Arias (B. Sciberras 73′), A. Ciolacu, N. Garcia, B. Paiber (A. Garcia 46′), R. Camenzuli (N. Micallef 73′)

Sirens: J. Debono, B. Gavrila (D. Jackson 82′), K. Reid, F. Brandan, D. Albanese, A. Borg, J. Walker, C. Zammit Lonardelli, A. Cini, F. William Avoce (A. Blanco 90′), C. Riascos

Referee: S. Pace

Assitant referees: L. Portelli, T. Debono

Sirens irritornaw għar-rebħ wara t-telfa ta’ 6-0 fuq Balzan il-ġimgħa li għaddiet meta għelbu lil Floriana bl-iskor ta’ 2-1. Kienu Sirens li marru fil-vantaġġ fit-32 minuta permezz tad-difensur internazzjonali Malti Carlo Zammit Lonardelli. Floriana wettqu reazzjoni u ġabu l-iskor indaqs fis-46 minuta permezz ta’ Daniel Agius.

Minkejja dan Sirens baqgħu jippersistu għall-gowl tar-rebħa u dan wasal fid-69 minuta permezz ta’ Bogdan Gavrila biex b’hekk il-partita ntemmet bl-iskor ta’ 2-1.