Internazzjonali

Tlieta mejta u persuna feruta f’attakk fuq xarabank

Raġel, li l-identità tiegħu għadha mhix magħrufa, il-Ġimgħa qatel tliet persuni u fera persuna oħra wara li fetaħ in-nar fuq xarabank kollha żgħażagħ fil-Punent ta’ Kosovo.

Is-sewwieq tax-xarabank tilef ħajtu fuq il-post tal-attakk filwaqt li tliet żgħażagħ ttieħdu fl-eqreb sptar għall-kura. Sfortunatament, tnejn minnhom tilfu ħajjithom ftit tal-ħin wara. Persuna għadha qed tingħata l-kura fl-isptar, fejn jidher li tinsab f’qadgħa stabbli.

Bħalissa qed issir tfittxija għall-persuna li sparat fuq ix-xarabank fejn sorsi qalu li kienet mgħammda waqt il-ħin tal-attakk. Il-mottiv wara dan l-attakk għadu mhux magħruf iżda jidher li ma kienx attakk terroristiku.