Internazzjonali

Tlieta mejta u tlieta oħra midruba f’kumpless kummerċjali

Fost il-feruti hemm tifel ta' 10 snin

Tliet persuni ġew maqtula u tlieta oħra, fosthom tifel ta’ 10 snin, qed isofru minn xi feriti wara li żewġ gruppi fetħu n-nar fuq xulxin f’kumpless kummerċjali mimli nies f’jum Black Friday f’Durham.

Dawk involuti ttieħdu fl-eqreb sptar fejn sfortunatament tlieta minnhom tilfu ħajjithom. Jidher li t-tifel m’għandux feriti li jpoġġuh f’periklu li jitlef ħajtu.

Persuni li kien hemm fil-kumpless ġew evakwati mill-binja għas-sigurtà tagħhom.

Fil-maġġorparti ta’ dawk involuti fl-attakk ħarbu minn fuq il-post. Persuna waħda bħalissa qed tinżamm arrestata filwaqt li l-Pulizija għaddejja bl-interrogazzjonijiet tagħha. Ġew elevati wkoll numru ta’ filmati ta’ CCTV biex ikun stabbilit x’ġara eżatt.