Futbol Sport

Valletta jiddominaw kontra Mosta

Matthias Mizzi

Valletta…………..3

Mosta…………….1

Valletta: A. Guarnone (79’ Y. Cini), J. Borg, R. Camilleri (61’ J. Zerafa), T. Caruana (79’ L. Campus), J. Arthur, H. Dilaver, I. Curjuric (61’ S. Dimech), R. Muscat, E. Sala, M. Fontanella, K. Tulimieri (70’ E. Pena Beltre)

Mosta: M. Jovcic, R. Briffa, W. Donkin, D. Bonnici (46’ J. Nsumoh), C. Faila, J. Bezzina (46’ N. Agius), I. Doric (46’ G. Sciberras), M. Hetemaj (46’ J. Vassallo), R. Morisco, Z. Brincat, S. Akinbule

Imwissija: J. Borg, S.Akinbule

Skorjaw: 18’ K. Tulimieri, 45+1’ J.Arthur, 54’ K. Tulimieri, 84’ S. Akinbule

Referee: Emanuel Grech

Assistenti Referees:  Roberto Vella & Duncan Spencer

Raba’ Uffiċjal: Daryl Agius

BOV Plejer tal-Logħba: Kevin Tulimieri (VLT)

Fl-istess ġimgħa li Valletta rebħu l-protest kontra Sliema Wanderers, il-Beltin akkwistaw tliet punti oħra wara li ddominaw tul id-disgħin minuta. Kontra dak mistenni l-Mostin ma għarfux jikkontrollaw l-attakki tal-Beltin biex fl-ewwel taqsima Valletta skurjaw darbtejn, darba fit-18-il minuta minn gowl tal-istampi ta’ Kevin Tulimieri u darb’oħra minn xutt b’saħħtu fil-baxx ta’ James Arthur.

Fit-tieni taqsima, proprju fil-54 minuta Tulimieri għaqqad id-doppjetta personali wara li wiċċ imb wiċċ mal-gowler ra l-konklużjoni tiegħu taħbat mal-mimduda u f’lasta vojta faċilment tefa’ l-ballun ġewwa. Sitt minuti mit-tmiem Sunday Akinbule naqqas id-distakk għal-3-1 b’konklużjoni fil-baxx mill-viċin. Valletta ma kienux kuntenti jispiċċaw il-logħba b’distakk ta’ żewġ gowls biex eżatt qabel it-tisfira finali Lucas Campus falla ċans tad-deheb mill-viċin.