Coronavirus Lokali

Covid-19: 72 każ ġdid

72 persuna ohra rrizultaw pozittivi ghall-virus tal-Covid-19 fl-ahhar 24 siegħa.

Fuq Facebook, il-Ministeru tas-Sahha qal li min-naha l-ohra, 43 persuna huma meqjusin bhala li fiequ mill-virus, bil-każi attivi issa telghu ghal 1,080.

Min-naha l-ohra, l-ghadd ta’ persuni li jinsabu rikoverati fl-Isptar Mater Dei tela’ għal 15, fosthom persuna wahda li tinsab fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

Fortunatament, fl-ahhar sighat ma kienux irregistrati aktar vittmi biex in-numru ta’ persuni li tilfu hajjithom f’din il-pandemija baqa’ 468.

Barra minhekk, il-Ministeru qal ukoll li s’issa nghataw 113,857 doza booster tal-vaccin.

Tags