Lokali

Evarist Bartolo jgħid li jifhem lill-NGOs iżda ma jemminx li l-liġi tal-kannabis qed issir bl-għaġla

Il-Membri tal-Kabinett ta’ Robert Abela huma ferm skomdi jwieġbu dwar il-legalizzazzjoni tal-kannabis. 

Wara li d-Deputat Prim Ministru Chris Fearne aktar kmieni din il-ġimgħa wieġeb ċar u tond li jaqbel mal-legalizzazzjoni tal-kannabis – mingħajr ebda spjegazzjoni dwar kif u għaliex, Net News staqsa l-istess domanda lill-Ministru Evarist Bartolo, li minn naħa tiegħu nsista li jekk tgħaddi l-liġi din trid tiġi regolata sew.

Bartolo iżda ma spjegax x’għajnuna se jkunu qed jingħataw il-persuni li jkunu dipendenti fuq il-konsum tal-kannabis…fatt li qed jinkwieta lil diversi NGOs, fosthom Caritas Malta li saħqu li la darba din tiġi legalizzata, inevitabbilment il-konsum jiżdied.

Il-Ministru insista li huwa lanqas ma jaqbel mat-tipjip..imma fl-istess waqt jaqbel li l-kannabis tiġi regolarizzata.

Mistoqsi dwar x’jaħseb għall-proposta li jiġu kkultivati pjanti tal-kannabis fid-djar taċ-ċittadini..huwa insista li hemm bżonn li tiġi regolata…biss però mingħajr ebda spjegazzjoni.

Fl-aħħar jiem bosta imsieħba soċjali ddeskrivew din il-liġi bħala waħda mgħaġġla u populista; magħmula mill-Gvern ta’ Robert Abela għal voti biss. Madanakollu, minkejja li sostna aktar qabel li jifhem lill-imsieħba…qalilna li ma jaqbilx.

Huwa reġa tenna li essenzjalment ma jaqbilx mal-liġi għax ma jixtieqx li kulħadd jitlaq mal-kurrent…iżda favur ir-regolarizzazzjoni.

Il-Partit Nazzjonalista qed jibqa’ jappella lill-Gvern sabiex jisma’ sewwa l-pariri tal-esperti f’dan il-qasam, mingħajr għaġġla u passi fil-għama sabiex verament id-deċiżjoni li tittieħed tkun waħda għall-ġid tal-familji Maltin u Għawdxin.