“Jekk ma jistgħux jonoraw dak li hemm miktub fil-kuntratt, iridu jiddeċiedu x’se jagħmlu.” – Hekk saħaq il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech, permezz ta’ post fuq Facebook, wara li komplew jiżdiedu l-aħbarijiet fil-konfront tad-deal skandaluż tat-tliet sptarijiet li l-Gvern tal-Labour biegħ lil Steward Healthcare.
Bernard Grech f’messaġġ lill-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana saħaq li hu jrid jiddeċiedi x’se jagħmel il-Gvern u għandu jtemm il-kuntratt issa. Il-Kap tal-PN saħaq li Caruana jaf li Steward ma jistgħux jonoraw il-kuntratt – “kisruh mill-ewwel jum – u madankollu int se tagħtihom €70 miljun oħra. Aħna se nerġgħu nħallsu għan-nuqqasijiet tagħhom. Li għandek tagħmel hu li tħassar il-kuntratt u tingħaqad mal-kawża tal-Qorti biex tagħti lura lill-poplu l-isptarijiet ta’ Malta.”
Il-Kap tal-PN fakkar kif minflok jagħmel dan, il-Gvern qed jibqa’ jiddefendi l-kuntratt fil-Qorti, jappoġġja l-kuntratt permezz tal-budget, u jgħid li l-ballun jinsab f’saqajn Steward.
Aktar dettalji: https://www.facebook.com/photo/?fbid=446196290236349&set=a.407884990734146
//= $special ?>