Futbol Sport

Imut Guzi Caruana, wieħed mill-fundaturi ta’ Gudja United

Tħabbret il-mewt ta’ Guzi Caruana, li hu meqjus bħala wieħed mill-fundaturi tal-club ta’ Gudja United. Flimkien ma’ ħuh, Karmnu, huma kienu fost l-ewwel persuni li ħadmu biex waqqfu dan il-club u baqgħu jappoġġjaw lit-tim fis-snin ta’ wara.

Fl-2018, Guzi Caruana ra t-tim li waqqaf hu jitla’ fl-għola diviżjoni tal-futbol lokali, meta Gudja United kisbu l-promozzjoni għall-Kampjonat BOV Premier.

Netnews isellem il-memorja ta’ Guzi Caruana u jagħti l-kondoljanzi lill-qraba u l-ħbieb ta’ Caruana.