Formula 1 Sport

Imut Sir Frank Williams, fundatur tat-tim Williams fil-Formula 1

Fl-aħħar ħin tħabbret il-mewt ta’ Sir Frank Williams fl-eta’ ta’ 79 sena. Williams mexxa lit-tim ta’ Williams fil-Formula 1 għal aktar minn 50 sena biex sar l-aktar persuna li serva fil-kariga ta’ team principle fl-istorja tal-Formula 1. It-tim ta’ Williams, taħt it-tmexxija ta’ Sir Frank Williams, rebħu disa’ titli tal-kostrutturi filwaqt li s-sewwieq tagħhom rebħu 7 darbiet il-kampjonat. Fl-1986 waqt tellieqa tal-Formula 1, Williams sofra injury fl-ispina ta’ darhu li ħallietu ma jistax jimxi għal kumplament ta’ ħajtu.