Lokali

Indoneżjan fil-periklu li jitlef ħajtu wara argument ma’ Indoneżjan ieħor fil-Fgura

Indoneżjan ta’ 40 sena jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu wara li kien involut f’argument ma’ Indoneżjan ta’ 30 sena fil-Fgura.

Il-każ seħħ għall-ħabta tat-3pm fi Triq William Lassal, fejn allegatament intużaw oġġetti li jaqtgħu u bil-ponta.

Minbarra l-Pulizija, fil-post wasal tim mediku b’Ambulanza, li ta l-ewwel għajnuna lill-vittma. Minn hemm, hu ttieħed l-Isptar Mater Dei fejn, aktar tard, kien iċċertifikat li jinsab f’kundizzjoni kritika.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-għassa Astrid May Grima, li fetħet Inkjesta, assistita minn diversi esperti.

Aktar investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.