Lokali

Sitt xhur ħabs għat-tliet żagħżagħ li għamlu użu minn dokumenti foloz

Sitt xhur ħabs għat-tliet żagħżagħ li l-Ħadd filgħodu quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Astrid May Grima tressqu il-Qorti b’akkużi relatati mal-falsifikazzjoni u l-użu ta’ dokumenti foloz.

Firas Ale ta’16-il sena, Muhammed Teqer ta’ 17-il sena u Muhammed Ahmed ta’ 23 sena, mis-Sirja, wiegħbu ħatja li għamlu użu minn dokumenti foloz, madankollu ċaħdu li huma ffalsifikaw id-dokumenti nfushom.

Il-prosekuzzjoni talbet li l-akkużati jingħataw sentenza minima ta’ priġunerija għaliex l-akkużati kkollaboraw matul l-investigazzjoni. Madankollu, d-difiża għall-ġuvintur iddikjarat li minħabba l-eta tal-akkużati s-sentenza ta’ ħabs ma’ tkunx idejali.

Il-Qorti ma’ laqgħatx it-talba tad-difiża u sabet lit-tliet ġuvintur ħatja tal-akkużi kollha miġjuba kontrihom u kkundannathom għal sitt xhur ħabs.

Id-Difiża talbet li joħroġ divjett fuq isem iż-żagħżagħ minħabba l-eta tagħhom, madankollu din it-talba ukoll ma ġietx milquha mill-Qorti.

Tags