Sport Sport Ieħor

Malta International Darts Open u Blackball fi Sport Extra

Illum  mit-3.20 p.m ‘l quddiem fuq NetTelevision jixxandar it-tmien programm SPORT EXTRA għal dan l-istaġun .

L-ewwel parti tal-programm hija marbuta mal-edizzjoni 2021 tal-Malta International Darts Open li kien organizzat b’suċċess dan l-aħħar b’intervisti ma’ RODERICK ZAMMIT – President tal-Malta Darts Association, CHRIS DOBEY wieħed mill-aqwa plajers fid-dinja tad-darts kif wkoll ma’ RUSS BRAY meqjus bħala l-aqwa ‘caller’ tad-darts u sinonimu mat-tħabbira tal-180 fejn huwa magħruf bħala Mr.180

It-tieni parti hija dedikata għal kompetizzjonijiet fi ħdan il-Malta Blackball Federation b’intervista mal-president PHILIP GATT b’siltiet mill-aħħar kompetizzjonijiet li saru.

SPORT EXTRA bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ CHARLES CAMENZULI għandu muntaġġi tas-servizzi minn Samira Cachia Spiteri u filmati minn Joe Sultana.