Il-partita mill-Premier League bejn Burnley u Totteham Hotspurs, li kellha tintlagħab f’Turf Moor, kelli tiġi posposta minħabba l-borra li ksiet l-ground. Il-partita kellha tintlagħab fit-3.00pm iżda ġiet posposta 50 minuta qabel hekk kif il-ground ma kienx f’kundizzjoni li tintlagħab il-partita. Il-coach ta’ Tottenham Antonio Conte qal li minkejja li huma riedu jilagħbu l-partita, id-deċiżjoni li ttieħedet kienet waħda tajba biex jissalvagwardjaw il-plejers minn injuries.
//= $special ?>