Futbol Sport

Rebħa konvinċenti għal Ħamrun

(Ritratt: Joseph Galea)

ĦAMRUN ……………… 3

SANTA LUCIA ………. 0

Ħamrun: H.Bonello, D.Gojkovic, M.Guillamier, J.Mbong, L.Soufiane (P.Dordevic 78′), A.Oyama (N.Micallef 86′), L.Gambin (S.Attard 86′), K.Micallef, I.Ntow (D.Borg 58′), C.Dielna (C.Mercieca 46′), E.Marcelina
Santa Lucia: J.Archibald, A.Prates, J.Pisani, N.Pulis, G.Conti, P.Silva Mota, V.Plut, A.Souza, D.Xuereb, A.Vella (J.Tanti 38′), K.Xuereb (F.Farias 38′)

Referee: F.Zammit
Assistenti Referees: E.Spiteri, M.Ciantar

In-Nazzjon Plejer tal-Logħba: Joseph Mbong

Fit-Tony Bezzina Stadium Ħamrun kisbu rebħa komda ta’ 3-0 fuq Santa Lucia, f’partita li kkontrollaw sa mill-ewwel minuti tagħha. B’hekk l-Ispartans irritornaw għar-rebħ wara d-disfatta kontra Hibernians, b’Santa Lucia jibqgħu fiż-żona tar-relegazzjoni.

Wara tlett minuti Ħamrun imorru fil vantaġġ. Kien cross mix-xellug ta’ Oyama li d-difiża ta’ Sta. Lucia ma’ tajritx tajjeb bil-ballun jispicca f’ saqajn Darko Gojkovic li spara xutt b’ saħħtu wara Archibald għal 1-0. Fis-27 minuta ċ-champions lokali rduppjaw wara ħarba minn nofs il-ground ta’ Mbong li kif daħal fil-kaxxa qassam lejn LUKE GAMBIN li wara li avvanza, minn quddiem il-goalkeeper ma’ falliex.

Fit-32 minuta kienu Sta. Lucia li mpenjaw lil Bonello meta Da Silva Souza minn tarf il-kaxxa prova xutt li iżda Bonello żamm faċilment.Fl- 40 minuta loghob u Sta. Lucia jerġgħu jitilfu ċans tad-deheb meta Conti rcieva tajjeb minghand Da Silva Souza u minn taħt il-lasta ra x-xutt tieghu iddevjat f corner.

Tlett mimuti biss mill-bidu tat-tieni taqsima Ħamrun u Sta. Lucia b’azzjoni kull wieħed meta l-ewwel kien Lagzir għall-Ħamrun li ttanta xortih minn barra l-kaxxa u Archibald kellu jdawwar f’corner. Mill-istess azzjoni tal-corner Sta. Lucia b’kontratakk bis-sostitut Fernandes iqassam la Da Silva Souza li malli ra lil Bonello ħiereġ prova jikkonkludi iżda l ballun ħabat mal-goalkeeper internazzjonali Malti u l-azzjoni sfaxxat fix-xejn.

Fl-64 mimuta l-affarijiet marru għal agħar għal-iskwadra ta’ Spiteri meta Ħamrun ingħataw penalty wara li Lagzir twaqqa’ fil-kaxxa. Mill-11-il metru kien l-istess SOUFIANE LAGZIR li b’xutt b’saħħtu għamel l-iskor 3-0. Fis-70 minuta Ħamrun komplew fuq l-offensiva u wara azzjoni personali kien Luke Gambin li prova minn barra l-kaxxa bil-ballun jgħaddi mħakkek mal-mimduda.

L-Ispartans komplew jikkontrollaw il-logħba sat-tmiem biex b’hekk l-iskor baqa dak ta’ 3-0 favur iċ-Champions