Lokali

Serqa ta’ €232.92 minn tfajla li qed tistenna tarbiija

Ordni ta’ Projbizzjoni, kif ukoll ordni għal tliet snin ta’ trattament għall-vizzju tad-droga għal mara ta’ 23 sena, residenti f’Ħal Qormi, li tinsab fi stadju avvanzat tat-tqala u li aktar kmieni il-Ħadd filgħodu nstabet ħatja b’serq b’valur ta’ €232.92.

Il-Mara wieġbet ħatja għal akkużi miġjuba kontriha.

Waqt is-seduta tal-Qorti, l-prosekuzzjoni saħqet li l-mara għandha bżonn l-għajnuna biex tegħleb il-vizzju tad-droga, u spjegat ukoll li waqt l-investigazzjoni l-mara kkoperat mal-Pulizija .

Tags