Lokali

Somalu jinżamm arrestat wara abbuż sesswali fuq żewġ tfajliet

Somalu ta’ 18-il sena jinżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti mixli b’abbuż sesswali fuq żewġ tfajliet.

Il-każijiet seħħew fis-17 ta’ Novembru matul il-ġurnata fi Triq Deċembru Tlettax, fil-Marsa.

Waqt is-seduta tal-Qorti ħareġ li waħda mill-vittmi kienet tfajla Maltija ta’ 16-il sena.

Abdi Abdul Fatah, wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih iżda ma saret l-ebda talba għall-ħelsien mill-arrest.

Tags