Futbol Sport

Tliet punti għal Gżira kontra Gudja

(Ritratt: Catriel Farrugia)

GŻIRA ………………… 3

GUDJA ………………. 2

Gżira: D.Zarkov, L.Tabone, N.Muscat, S.Pisani, Z.Scerri, Y.Messias, C.Gauci, N.Portelli, M.Maia, Jefferson De Assis, J.Mendoza
Gudja: G.Zammit, L.Beland, A.Friggieri, R.Soares, F.Pankarican, R.Kisil (I.Dudarev 46′), H.Vella (K.Gatt 72′), N.Tabone (T.Gsuman 72′), F.Zuniga (G.Mensah 46′), T.Abdul (L.Grech 72′), M.Dias

Referee: E.Mangion
Assistenti Referees: A.Camilleri, P.Apap

In-Nazzjon Plejer tal-Logħba: Maxwell Maia

Fl-Istadium Nazzjonali Gżira kisbu rebħa ta’ 3-2 kontra Gudja f’partita bilanċjata, biż-żewġ timijiet joħolqu diversi okkażjonijiet ta’ skor. L-ewwel azzjoni għal Gudja waslet mat-tmien minuti logħob meta Temitope Abdul avvanza bil-ballun u x-xutt minn barra l-kaxxa kien mdawwar f’corner mill-goalkeeper Darijan Zarkov. Gżira irreaġixxew fl-14-il minuta meta Clive Gauci irċieva il-ballun fil-kaxxa, dar tajjeb iżda l-konklużjoni tiegħu għaddiet għoli.

Biex tliet minuti wara kienu Gżira li marru fil-vantaġġ meta għal darb’oħra kien Clive Gauci li għadda lejn Jefferson De Assis, b’dan tal-aħħar jikkonkludi fil-baxx għal 1-0. Minkejja dan Gudja ħadu f’idhom il-kontroll tal-partita bil-konklużjonijiet ta’ Fl-34 minuta huma kienu ferm viċin il-gowl meta minn cross fil-baxx ta’ Neil Tabone l-attakkanti ta’ Gudja naqqsu mill-jitfgħu l-ballun fix-xibka, bid-difensuri ta’ Gżira jdawwru l-ballun f’corner.

Fis-37 minuta tasal l-aktar azzjni perikoluża ta’ Gudja, meta x-xutt ta’ Louis Beland kien salvat parzjalment minn Zarkov, b’Aidan Friggieri minn quddiem il-lasta jitfa’ barra. Żewġ minuti wara Gżira viċin it-tieni gowl, meta wara kontrattakk veloċi, Maxwell Maia sab ruħu wiċċ imb’wiċċ mal-goalkeeper, bix-xutt tiegħu ikun salvat tajjeb minn Glenn Zammit, bl-ewwel taqsima tintemm 1-0 għal Gudja.

Mal-ftuħ tat-tieni taqsima Gudja ħarġu tajjeb u ħolqu azzjoni oħra ta’ skor, meta s-sotitut Gabriel Mensah żmarka ruħu fil-kaxxa iżda l-konklużjoni tiegħu għaddiet barra. Madanakollu Gudja kisbu l-gowl tad-draw fit-52 minuta meta din id-darba minn cross minn fuq il-lemin kien Gabriel Mensah li mill-viċin ikkonkluda fix-xibka għal 1-1.

Fil-65 minuta Gżira jingħataw penalty, meta Rodolfo Soares deher iwaqqa’ lil Yuri Messias fil-kaxxa, b’Maxwell Maia mill-ħdax-il metru ma jiżabaljax għal 2-1. Huma skorjaw it-tielet gowl fid-69 minuta meat minn freekick ta’ Yuri Messias, reġa’ kien Maxwell Maia li bir-ras għeleb lil Glenn Zammit għal 3-1.

Gudja naqqsu d-distakk fit-83 minuta meta minn corner ta’ Pankarican kien is-sostitut Tensior Guzman li mill-viċin xeħet fix-xibka għal 3-2.