Lokali

VOX POP: Lestejt it-tiżjin u x-xiri għar-rigali tal-Milied?

It-toroq bdew jiżżejnu.
Il-ħwienet bdew jarmaw.
Id-djar bdew jimtlew bl-ispirtu tal-festi.

Dan hekk kif il-festi tal-Milied issa huma biss ftit ġimgħat ‘il bogħod. Milied li sfortunatament jidher li għal sena oħra se jerġa’ jkun iċċelebrat fl-isfond tal-pandemija. Iżda dan ma jfissirx li se jwaqqaf lin-nies milli jiltaqgħu mal-għeżież tagħhom, anke jekk dan isir daqsxejn differenti mis-snin passati.

In-nies preparati għal dak kollu li jġib miegħu żmien il-Milied? Mhux kulħadd l-istess, b’uħud diġa’ bdew ifittxu r-rigali ideali filwaqt li oħrajn normali li jħallu għall-aħħar biex jixtru r-rigali.

U xi ngħidu dwar ix-xiri fil-Black Friday? L-iskont li wieħed isib f’dan il-jum ma jagħmilx b’kulħadd l-istess hekk kif hemm min ikun qed jistenna dan il-jum biex jixtri affarijiet b’irħas min-normal filwaqt li oħrajn jevitaw il-ġenn ta’ ħafna nies fil-ħwienet.

Ma jistax jonqos li mal-Milied ikun assoċjat id-dekorazzjonijiet kemm fit-toroq u anke fid-djar fejn l-istess bħall-oħrajn, min diġa’ żejjen u oħrajn għadhom iridu jibdew.

Għal din is-sena, fil-maġġorparti tan-nies beħsiebhom iqattgħu jum il-Milied mal-qraba tagħhom hekk kif dan il-jum hu meqjus bħala jum ta’ dedikazzjoni u għaqda mal-familja.