Diversi NGOs, assoċjazzjonijiet, esperti, persuni fil-qasam tas-saħħa u akkademici qajmu tħassib serju dwar il-liġi tal-Kannabis li qed jimbotta l-Gvern Laburista. Dwar il-legalizzazzjoni tal-ħaxixa smajna m’għand ħafna, iżda sal-lum għadna ma smajna xejn minn għand is-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci.
Huma ħafna dawk li qed jistennew li jisimgħu l-ħsibijiet tal-Professur Charmaine Gauci dwar dak li qed jipprova jagħmel Robert Abela bil-liġi l-ġdida tal-Marijuana, iżda sal-lum silenzju assolut. Skiet totali mis-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika dwar liġi li se taffettwa l-istess saħħa pubblika. Net News issa ilna erba t’ijiem li kkuntatjajna lil Charmaine Gauci u sal-lum għadna bla risposta.
L-email li bagħtnilha, fil-fehma tagħna, kienet sempliċi ħafna biex tkun imwieġba. Għadna lil Profs. Gauci li napprezzaw jekk tkun tista’ ittina l-fehma tagħha dwar tema li hija ta’ interess nazzjonali. Staqsejna jekk bħala professjonista fil-qasam tas-saħħa u bħala Suprintendent tas-Saħħa Pubblika jekk hi hux favur jew kontra l-legalizzazzjoni tal-kannabis li qed tiġi proposta? Pero s’issa ebda risposta.
Intant, dwar dan is-suġġett, huma ħafna li qed jistennew il-ħsibijiet tal-Awtorità tas-Saħħa u s-Siġurtà fuq il-post tax-xogħol. Net News għamel kunatt mal-OHSA biex niksbu stqarrija uffiċjali dwar din il-kwistjoni tal-Kannabis.
Tajjeb wieħed isemmi li l-OHSA ġiet iffurmata madwar 20 sena ilu biex tiżgura li l-benesseri fiżiċi, psikoloġiċi u soċjali tal-ħaddiema kollha fuq il-post tax-xogħol. L-għan tal-OHSA huma li trawwem kultura li tagħti valur lill-prevenzjoni, biex jiżdied l-għarfien dwar il-benefiċċji taż-żamma ta’ livelli adegwati ta’ saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol. Staqsejna jekk il-liġi proposta hux se taffettwa b’xi mod dawn l-għanijiet. Bqajna mingħajr risposta.
Staqsejna jekk fid-dawl tal-liġi l-ġdida proposta, jekk l-OHSA jaħsbux li l-legalizzazzjoni tal-kannabis hux se taffettwa l-missjoni tal-OHSA li tiżgura postijiet tax-xogħol aktar sikuri f’pajjiżna? Jidher b’mod ċar li din ir-riforma li qed jimbotta b’pompa kbira Robert Abela, se taffettwa l-viżjoni tal-Awtorità tas-Saħħa u s-Siġurtà fuq il-post tax-xogħol, dik li fost l-oħrajn tagħti valur lis-saħħa u lill-prevenzjoni tar-riskji. Stasqsejna dwar dan u wkoll bqajna mingħajr risposta – skiet totali mill-awtoritajiet.
//= $special ?>