Lokali

Żewġ ġuvintur jittieħdu għall-kura u tnejn oħra id-Depot wara ġlieda f’San Giljan

Is-Sibt filgħxija għall-ħabta tal-10.45pm, żewġ persuni daħlu l-Għassa ta’ San Giljan u stqarru li kienu involuti f’argument fi Triq Dobbie.

L-argument seħħ bejn tliet ġuvintur Maltin ta’ 16-il sena, li huma resident mill-Fgura, Birżebbuġa u s-Swieqi, u Libjan ta’ 20 sena li huwa residenti tas-Sliema.

Il-ġuvni ta’ 16-il sena mill-Fgura kellu jittieħed fl-eqreb ċentru tas-saħħa u ġie ċċertifikat li għandu ġrieħi ta’ natura ħafifa, filwaqt li ż-żagħżugħ resident Birżebbuġa ttieħed l-isptar Mater Dei u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

Iż-żewġ ġuvintur l-oħra ttieħdu fil-kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Furjana, filwaqt li l-investigazzjonijiet mill-Pulizija ta’ San Ġiljan għadhom għaddejjin.

Tags