Skont l-Uffiċċju Meterjoloġiku r-riħ fuq Malta bħalissa huwa mill-Punent Lbiċ Forza 7 u li fil-ħin li ġej se jdur mill-Punent Majjistru filwaqt li llejla mistenni jiżdied għal Forza 9.
Infatti minħabba dawn il-buffuri tar-riħ permezz ta’ post fuq Facebook il-Gozo Channel infurmat lill-pubbliku li hemm ċans li jitħassru xi vjaġġi minħabba t-tbassir tat-temp. Hija ma qalitx liema vjaġġi se jiġu affetwati.
Minħabba r-riħ qawwi u l-baħar imqalleb bħalissa l-vjaġġi bejn Malta u Għawdex qegħdin jgħaddu minn wara Kemmuna. Il-vjaġġi bil-fast ferry tal-lum tħassru wkoll minħabba l-maltemp, kemm dawk bejn Malta u Għawdex u anki dawk lejn Sqallija.
Il-maltemp ilu jippersisti fuq il-gżejjer Maltin mill-ġimgħa li għaddiet, hekk kif il-ġurnata tal-Ħamis kienet ikkaraterizzata minn maltemp qawwi u buffuri tar-riħ, bil-Membri tal-Protezzjoni Ċivili ssalva 15-il persuna f’temp ta’ ftit sigħat.
//= $special ?>