Għal ġurnata oħra pajjiżna reġa’ rreġistra numru konsiderevoli ta’ każi ġodda pożittivi hekk kif fl-aħħar sigħat kienu reġistrati 95 każ ġdid. Dan iwassal biex il-każijiet attivi jkomplu jiżdiedu biex issa jammontaw għal 1,136.
Fl-aħħar sigħat fiequ 39 persuna filwaqt li fortunatament ma kien hemm ebda fatalità.
Is-sitwazzjoni fl-Isptar baqgħet waħda stabbli hekk kif bħalissa hemm 15-il persuna li qed jirċievu trattatment għall-COVID bi tnejn minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
Sal-bieraħ ngħataw iktar minn 117,000 doża tal-booster bl-Awtoritajiet tas-Saħħa qed ikompli jħeġġu sabiex dawk li għandhom ‘il fuq minn ħamsin sena jmorru jieħdu din it-tilqima.
//= $special ?>