Sport Sport Ieħor

Djokovic mhux se jieħu sehem fl-Open tal-Awstralja

(Ritratt: EPA)

Missier Novak Djokovic, qal li l-probabilità hi li ibnu mhux se jilgħab fl-Open Awstralja sakemm ma jkun hemm rilaxx fuq il-miżuri tal-Covid-19 b’rabta ma’ dawk li ma ħadux il-vaċċin.

Tennisti li m’humiex ivvaċinati mhux se jitħallew jikkompetu fl-Open tal-Awstralja ta’ din is-sena bic-champion renjanti jonqos milli jikkonferma jekk huwiex ivvaċinat.

Djokovic, rebaħ l-Open tal-Awstralja għall-rekord ta’ disa’ darbiet u rebħa 20 Grand Slam matul il-karriera tiegħu daqs Roger Federer. Id-Direttur tal-Open tal-Awstralja, Craig Tiley qal li 85% tal-players huma vvaċinati u qed jistenna li dan jitla’ bejn 90 u 95%.