Lokali

Filippina fil-periklu tal-mewt wara li ttajret f’Ħal Qormi

Filippina ta’ 43 sena residenti Ħaż-Żebbuġ ittieħdet l-Isptar għal iktar kura wara li ntlaqtet minn vettura. L-inċident seħħ ilbieraħ għal ħabta tas-sitta u nofs ta’ filgħaxija fi Triq it-Tiġrija, Ħal Qormi.

Mill-investigazzjoni rriżulta li l-vettura, tat-tip Maruti 800, kienet qed tinstaq minn mara ta’ 29 sena residenti s-Siġġiewi.

Aktar tard, il-mara ġiet iċċertifikata li weġġgħet serjament u tinsab fil-periklu tal-mewt.

Il-Maġistrat tal-Għassa Astrid May Grima ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta. L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.