Daqs kemm is-sistema tal-fostering hi meqjusa bħala ġest tajjeb għal tfal li jispiċċaw jittieħdu ‘l bogħod mill-familji tagħhom, daqstant ieħor għad hawn stigma fuq dawk il-persuni li jitkellmu dwar dawn l-esperjenzi.
Fil-fatt, ħafna jgħaddu minn esperjenzi negattivi għaliex sempliċiment ikunu trabbew ma’ familji fostered.
Net News tkellem ma’ wħud miż-żgħażagħ li ipparteċipaw f’laqgħat biex fl-aħħar mill-aħħar isir dokument bi proposti ħalli tfal li jkunu fostered ma jibqgħux jitpoġġew f’dawl ikrah. Infatti, ħafna jibżgħu jgħidu li huma ġew jew qed jiġu fostered …propju minħabba din l-istigma.
Uħud minn dawk fostered kienu fost dawk il-ftit li għixu ma’ familja waħda hekk kif fil-maġġorparti tat-tfal jispiċċaw ibiddlu l-familji kemm ‘il darba, b’riżultat li ma jaddattawx għal post wieħed.
Iżda xi tfisser għal dawn iż-żgħażagħ is-sistemà tal-fostering?
Il-futur ta’ tfal li jispiċċaw bla familja jispiċċa jkun wieħed inċert, u l-inqas ħaġa li jkunu jixtiequ jgħaddu minnha hi l-istigma mis-soċjetà.
Preżenti ghal dawn il-laqghat kien hemm id-Deputat Nazzjonalista, Ivan Bartolo illi sema’ l-esperjenzi ta’ dawn iż-żgħażagħ biex jifhem aħjar dak li jgħaddu minnu dawn il-persuni meta jkunu ma’ familji fostered.
//= $special ?>