Lokali

Il-meravilja tal-gżejjer Maltin – pixxina naturali b’mina taħt l-ilma fil-Qrendi

Mhumiex ħafna dawk li jafu biha. Fil-limiti tal-Qrendi wieħed isib pixxina naturali moħbija qalb il-blat li timtela’ permezz ta’ mina taħt l-ilma li minnha jidħol l-ilma baħar.

Il-vlogger Malti, Angelo Caruana erħilha għal avventura biex jiskopri aħjar il-gżejjer Maltin x’joffru, parti minn pajjiżna li ftit jafu biha. Avventura li tibda b’mixja minn Għar Lapsi li tkompli mal-kosta ta’ dawn l-inħawi b’veduti ta’ diversi għerien żgħar, bajjiet, irdum u anke Filfla.

Segwi din l-avventura f’din il-link: https://youtu.be/8s5m-d4G8Ds