Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech sostna li l-parlament għandu f’kull ħin iwettaq skrutinjut l-ħidma tal-gvern u żżommu kontabbli għalhekk il-parlament irid ikun presedut minn persuna imparzjali li jiżgura li l-parlament ikun istituzzjoni demokratika. Il-gevrn ħataf l-istituzzjonijiet u l-Prim Ministru ma lissen l-ebda kelma dwar il-proposta tal-Oppożizzjoni li fiha l-Kumitat tal-Istandards ma jibqax presedut mill-Ispeaker. Il-gvern mhux lest iwettaq dan għaliex jibża’ li jitlef fil-poter, sostna l-Kap tal-PN li nsista li l-Ispeaker għandu l-obbligu li jaħdem fl-interess tal-poplu.
Fil-bidu tas-Seduta Parlamentari u skont l-Ordni Permanenti 13, il–Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech ressaq mozzjoni fejn talab li l-Parlament jiddiskuti b’urġenza l-aġir tal-Ispeaker Anġlu Farrugia.
Dan hekk kif matul il-jiem li għaddew l-Ispeaker permezz ta’ ittra mibgħuta f’ismu mill-avukat tal-fiduċja tiegħu lil Matthew Caruana Galizia, minn jeddu stqarr li hu qiegħed fil-kariga kostituzzjonali tiegħu biex jiddefendi l-interessi tal-Gvern b’rizultat li ddikjara ruħu mhux imparzjali.
Apparti dan, Anġlu Farrugia b’deċiżjonijiet meħuda minnu dwar każijiet investigati mill-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika u li fihom kien hemm sejbien ta’ ksur tal-kodiċi ta’ etika minn Membri tal-Kamra, għażel li bil-vot deċiżiv tiegħu u b’rulings mogħtija minnu, ixekkel jew saħansitra jrendi bħala inutli l-ħidma tal-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika u tal-Kumitat Permanenti dwar l-Istandards fil-Ħajja Pubblika.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni żied ifakkar li l-Ispeaker Anġlu Farrugia jokkupa l-ogħla kariga fil-Kamra tad-Deputati li fil-qafas kostituzzjonali ta’ pajjiżna; din hija fergħa tal-Istat fdata bl-eżerċizzju tas-setgħat leġislattivi.
Bernard Grech kompla li l-Kamra għandha f’kull ħin u ċirkostanza tkun ppreseduta minn persuna li jkollha attitudni u mġieba imparzjali u indipendenti u li tkun kapaċi tiżgura li l-Kamra tkun tassew istituzzjoni demokratika li twettaq skrutinju effettiv u effiċjenti tal-ħidma tal-Gvern u żżommu kontabbli matul il-leġiżlatura kollha;
Hu enfasizza li l-aġir tal-Ispeaker anke b’ammissjoni tiegħu stess, imur kontra l-ġurament ta’ lealtà li huwa ħa fil-bidu tal-leġislatura ….li fih ħalef li jkun fidili u leali lejn il-poplu u r-Repubblika ta’ Malta u l-Kostituzzjoni ta’ pajjiżna – b’riżultat li l-istess aġir jikkostitwixxi materja ta’ importanza pubblika, nazzjonali u urġenti.
Hawnhekk l-Ispeaker tal-Kamra Anġlu Farrugia informa lill-Kamra li invista ta’ din il-Mozzjoni li tikkonċerna direttament lilu, kien se jagħżel li jħalli f’idejn id-Deputat Speaker Claudette Buttigieg biex tissokta tisma’ l-partijiet u finalment tiddeċiedi dwar din il-Mozzjoni.
Dwar dan il-Whip tal-Grupp Parlamentari Laburista Glenn Bedingfield qal li din hi mozzjoni bla urġenza għaliex il-mozzjoni kienet qed titkellem dwar materja li seħħet diversi jiem ilu u għalhekk tali mozzjoni kellha titressaq l-għada fl-ewwel okkażjoni minn meta jkun seħħ il-każ.
Għal dan wieġeb il-Whip tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista Robert Cutajar li nsista li d-Deputat Speaker tagħti ruling dwar din il-mozzjoni.
Hawnhekk id-Deputat Speaker Claudette Buttigieg informat lill-Kamra li kienet se tissospendi s-Seduta biex tkun tista’ tieħu d-deċiżjonijiet tagħha.
Fir-ruling tagħha Claudette Buttigieg qalet li hu ċar wara li kkonsulta maż-żewġ whips biex issir diskussjoni u wara li kkunsidrat it-talba tal-Kap tal-Oppożizzjoni, kkunsidrat li s-suġġett hu ta’ natura urġenti u fl-interess nazzjonali; għalhekk laqgħet it-talba tal-Oppożizzjoni.
Il-Kap tal-PN Bernard Grech qal li fl-1 ta’ Novembru, fl-okkażjoni tal-100 anniversarju tal-parlament hu kien qal li l-parlament mhux jaqdi d-doveri tiegħu. Hu qal li l-poplu għandu jkun l-uniku sovran fil-parlament; fejn il-poplu jitlob rendikont.
Il-gvern ġab lill-parlament farsa bil-ministri ma jkunux fil-parlament biex jirrispondu l-mistoqsijiet; id-deputati tal-gvern ukoll suppost jagħmlu skrutinju fuq il-ministru iżda dawn kollha inxtraw billi tpoġġew chairman ta’ xi awtorità u jdaħħlu paga iktar mill-ministru.
Bernard Gerch kompla li dakinhar hu kien tefa’ l-obbligu fuq l-Ispeaker li jrid ikun hu li jagħmel dmiru skont il-ġurament u l-kstituzzjoni.
Hemm diversi episodji li qed jagħtu raġun lill-Oppożizzjoni, sostna Bernard Grech, li kompla li l-ittra li l-Ispeaker bagħat lil Matthew Caruana Galizia kkonfermat l-Ispeaker ma fehemx ir-rwol kostituzzjonali tiegħu. Fl-ittra tiegħu l-Ispeaker qal ukoll li qed jiddefendi l-interessi tal-Gvern; dan imur kontra l-ispirtu tal-ġurament ta’ lealtà li ħa l-istess Speaker.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni kompla li fl-aħħar xhur l-Ispeaker ivvota diversi drabi u ta rulings li ddefenda l-gvern fil-każ tal-konsulenza tal-ex ministru Konrad Mizzi, fil-każ tas-senserija ta’ deputat Laburista, użu ta’ fondi pubbliċi minn ministri tal-gvern u f’każi ksur tal-Kodizi ta’ Etika. L-Ispeaker qed idgħajjef ir-rwol tiegħu stess bħala Speaker tal-Parlament.
Fil-każi tal-kur ta’ etika minn membri tal-gvern l-Ispeaker qed jagħti rulings li jxekkel il-ħidma tal-Kummissarju tal-Istandards u tal-Kumitat Parlamenari dwar Standards fil-Ħajja Pubblika. Ir-rwol tal-Ispeaker hu li jgħix jew ifixkel li jkun hawn standards għola fil-ħajja pubblika?
Bernard Grech qal li deputat Laburista daħħlet €9,000 rigal u ddikjarathomx iżda qed tiġi protetta mill-parlament; allura l-istituzzjonijiet iridu jinqalgħu mill-qiegħ. Rosianne Cutajar kellha tingħata ċanfira iżda ngħatat biss ittra vaga. Dan meta is-sidien tal-ħwienet jitressqu l-qorti dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji.
Il-Kap tal-PN kompla li jisnab skandalizzat b’dak li qed iseħħ fil-parlament. Hu sostna li lil Matthew Caruana Galizia, l-Ispeaker għażlet li jirrispondih b’ittra legali.
Il-Kumitat tal-Istandards m’għandux ikun presedut mill-Ispeaker iżda tlieta membri jkun magħżul b’żewġ terzi, membru maħrut mill-gvern u membru maħtur mill-Oppożizzjoni Iċ-chairman tal-Kumitat għandu jkun maħtur propju mid-deputat appuntat miż-żewġ terzi tad-deputati.
Il-Prim Ministru wieġeb billi qal li l-Gvern jirrispetta l-istituzzjonijiet u qal li kien hemm 35 ruling li ngħataw kontra l-Gvern. Hu tkellem dwar l-ammont ta’ liġijiet li ressaq il-gvern, il-bidla fil-ħatra tal-Prim Imħallef, il-ħatra tal-Kummissarju tal-Pulizija u l-iskrutinju fil-parlament. Hu qal li l-Ispeaker ivvota favur li r-rapport tal-Kummissarju għall-Istandards dwar Rosianne Cutajar jkun adottat.
Il-Prim Ministru Robert Abela kompla li l-Ispeaker applika l-liġi li l-Oppożizzoni vvutat favurieha. Hu qal li l-gvern jemmen f’parlament effettiv.
Fil-konklużjoni, il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Gerch qal li l-Prim Ministru ħarab mill-argumenti dwar l-Ispeaker iżda jitkellem dwar is-surveys. Hu sostna li l-prim Ministru jibqa’ jitkellem fuq issues ta’ importanza nazzjonali iżda minn dan li skont hu qed jagħmel għall-pajjiż. Bernard Gerch qal li l-Prim Ministru jgħaddi informazzjoni dwar diskors privat li kellu f’laqgħa miegħu.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li l-Prim Ministru attakkalill-Kummissarju tal-Istandards meta ma kienux qed jogħġbuh id-deċiżjonijiet li qed jieħu. Ilna disa xhur biex jingħażel Ombudsman; l-Oppożizzjoni se tibqa’ waħda li tiġġeled għall-ġid tal-pajjiż.
//= $special ?>