Lokali

Imut Sandro Spiteri, is-surmast tal-iskola ta’ San Anton

Ritratt meħud minn Matthew Mirabelli

Fl-aħħar ħin sar magħruf li s-surmast tal-iskola ta’ San Anton, Sandro Spiteri miet wara li kien ilu xhur jiġġieled marda għal xhur. Huwa miet fl-età ta’ 56 sena.

https://www.facebook.com/sanantonschool/posts/1144494832623196

Spiteri kien laħaq bħala Kap tal-Iskola fl-2020. Huwa għemel tmien snin jgħallem f’din l-entità edukattiva l-lingwa Maltija sa kważi 20 sena ilu, sakemm kien kompla l-ħidma tiegħu f’istituzzjonijiet oħra.

F’isem Net News inwasslu l-kondoljanzi lill-qraba u l-ħbieb ta’ Sandro Spiteri.